Russa
Aqta' l-laħam tal-baqar, iz-zalzett, il-perżut u l-frankfurters f'strixxi rqaq, u l-ħjar taħt il-ħall f'bsaten irqaq.
Saħħan iż-żejt f'borma kbira u sajjar il-basal maqtugħ għal 5 minuti, imbagħad ħawwad il-konserva tat-tadam magħhom u sajjar għal 2 minuti.
Żid il-laħmijiet u qalihom għal 3 minuti, filwaqt li tħawwad.
Ferra' l-brodu u ħallih jagħli. Żid il-ħjar taħt il-ħall u s-salmura u ħallih jgħalli bil-mod għal 10 minuti.
Żid iż-żebbuġ u l-kappar u ħallih jgħalli bil-mod għal 5 minuti oħra; duq qabel ma żżid xi melħ.
Neħħi l-borma min-nar, għattiha u ħalli is-soppa tistrieħ għal 10 minuti.
Servi kull skutella b'fettina lumi, imgħarfa krema qarsa u aneto maqtugħ.